Il-Loghob Olimpiku

Post on 30-Nov-2014

3.924 views 0 download

description

Social Studies Year 5 Primary

Transcript of Il-Loghob Olimpiku

Il-Logħob Olimpiku

Meta ngħidu Logħob Olimpiku nifhmu kompetizzjoni internazzjonali ta’ sports.

Fil-Greċja l-Antika, kien isir logħob kull 4 snin, f’ġieħ alla Zeus, is-sultan ta’ l-allat, li kien jgħix fuq il-muntanja Olimpus.

Dak iż-żmien kienu jieħdu sehem irġiel biss u bħala premju r-rebbieħa kienu jingħataw kuruna tar-rand.

L-Imperatur Ruman Teodozju waqqaf u ma ħalliex li jkompli jsir dan il-logħob fis-sena 393 W.K.

Fl-1896 reġa’ beda jsir bl-insistenza tal-baruni Franċiż Pierre de Coubertin.

Hu jemmen li l-isports hu importanti għas-saħħa tal-bniedem

u jgħin ukoll biex iressaq il-ġnus aktar qrib xulxin.

L-Olimpijadi jibdew billi tinxtegħel it-torċa Olimpika f’Olimpja fil-Greċja, minn fejn atleti jiġru bit-torċa sal-belt fejn ikunu se jsiru l-logħbiet. Din tibqa’ tixgħel sa l-aħħar ġurnata tal-logħob.

Il-Bandiera Olimpika fiha 5 ċrieki minsuġin f’xulxin. Iċ-ċrieki huma ta’ 5 kuluri differenti. L-isfond huwa abjad. Il-5 ċrieki jfissru l-għaqda bejn il-ħames kontinenti.

Fl-Olimpijadi hemm ħafna dixxiplini sportivi differenti.

Jingħataw tliet midalji f’kull dixxiplina.L-ewwel post

tad-deheb. It-tieni tal-fidda u

t-tielet post tal-bronz.

DEHEBFIDDA BRONZ

Kulleġġ: St. Thomas MoreSkola:MarsaxlokkGħalliema: Ms A. GrimaLSA: Ms D. SchembriStudenti: Emma Attard Federica Caruana Martina Fenech Graziella Incorvaja Jessica Pace Selaine Scicluna Rachel Zerafa Gabriel Abela Ransdon Barun Joseph Baldacchino Elvin Bugeja Manuel Bugeja Daniel Carabott Gilmour Carabott Gianluca Gravina Carlos Micallef

Cezar Pinzaru